Numru ta’ sajjieda qed jilmentaw li tħallew għal riħhom mill-Gvern wara numru ta’ wegħdiet ta’ għajnuniet għas-sigurtà tagħhom.
F’post fuq Facebook, Ivan Castillo saħaq li l-Ministru Byron Camilleri kien wiegħed li patrol boats jibdew jagħmlu rondi biex jiżguraw li dgħajjes tas-sajf li mhux lokali u mhux irreġistrati ma jagħmlux ħsara lil dak li mhux tagħhom.
Jidher li numru ta’ sajjieda lmentaw li ħut li jkunu qabdu qed jinsteraq minn fuq it-tgħamir tagħhom b’riżultat li qed jitilfu l-eluf kawża ta’ dan.
Castillo saħaq li s-sajjieda Maltin qed jinvestu l-eluf kull sena biex iżommu s-snajja ħajja – liema investiment mhux itihom qligħ iżda jkompli jirsistu biex jassiguraw li jżommu t-tradizzjoni Maltija ħajja fl-istess waqt li s-settur tas-sajd Malti ma jispiċċax fix-xejn.
Madanakollu, l-isforzi kollha tagħhom jidhru li qed jispiċċaw fix-xejn hekk kif il-Gvern mhu jagħmel xejn għalihom minflok jgħatihom is-sostenn kollu biex is-sajjied Malti jkompli jikber.
//= $special ?>