Coronavirus Lokali

Il-ħames vittma tal-Covid-19 f’ġimgħa; ikomplu jonqsu l-każi attivi

Mara ta’ 85 sena hi l-440 vittma tal-pandemija f’pajjiżna. Hi wkoll il-ħames persuna li tilfet ħajjitha kaġun tal-Coronavirus matul din il-ġimgħa.

Ċifri tal-Ministeru tas-Saħħa juru 49 każ ġdid ta’ Covid f’dawn l-aħħar 24 siegħa. Fl-istess żmien kien hemm 54 meqjusa li fiequ u għaldaqstant il-każi attivi niżlu marġinalment għal 636

Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ tilqim, ingħataw 795,190 doża filwaqt 411,798 minnhom huma mlaqqmin b’mod sħiħ.

In-numru ta’ persuni rikoverati l-Isptar reġa’ tela’ għal 32 persuna b’persuna 1 qed tingħata kura intensiva fl-ITU.