Sport Waterpolo

It-tim Malti ta’ taħt is-17 -il sena tal-waterpolo jikseb it-tieni rebħa

It-tim nazzjonali Malti tan-nisa ta’ taħt is-17-il sena tal-waterpolo kiseb it-tieni rebħa fil-Kampjonati Ewropej li saru fil-Kroazja biex b’hekk temmew fil-15-il post minn fost dsatax-il pajjiż.

Fl-aħħar partita t-tim Malti għeleb lil Bulgarija 10-9 f’partita bilanċjata ferm. Il-Maltin urew l-intenzjonijiet tagħhom f’din il-partita mill-bidu u rebħu l-ewwel sessjoni 3-0, b’żewġ gowls ta’ Kaia Agius u ieħor ta’ Martha Perici Ferrante. Fit-tieni sessjoni, l-Bulgarija wettqu reazzjoni u fetħu vantaġġ ta’ tliet gowls, iżda gowls ta’ Perici Ferrante u Agius poġġew lil Malta 5-3 fil-vantaġġ fi tmiem is-sessjoni.

It-tielet sessjoni kienet l-aktar waħda bilanċjata hekk kif intemmet fi draw ta’ 3-3, bil-gowls tal-Maltin jaslu minn Nadia Azopardi, Perici Ferrante u Agius. Fl-aħħar sessjoni, il-Bulgarija komplew iżidu r-ritmu iżda gowls ta’ Azzopardi u Elisa Amato aċċertaw minn rebħa komda għan-nisa Maltin.