Is-sewwieq ta’ RedBull Racing Honda Max Verstappen kiseb l-aħjar ħin fiċ-ċirkwit ta’ Spa fil-Belġju, biex b’hekk se jkun qed jibda mill-Pole Position fil-Grand Prix ta’ għada. Is-sorpriża tal-ġurnata kien s-sewwieq ta’ Williams George Russell li se jkun qed jibda fit-tieni post, segwit miċ-champion attwali, s-sewwieq ta ‘Mercedes Lewis Hamilton.
Sadanittant, is-sewwieq ta’ McClaren Lando Norris se jkun qed jibda fid-disa’ post, wara li kellu inċident li seta’ kellu konsegwenzi agħar hekk kif tilef il-kontroll tal-karozza tiegħu.
//= $special ?>