Lokali

“Tal-ONE ġabuni nidher qisni Annimal”

“Ġejt hawn illum għax ħassejt li kelli nagħti spjegazzjoni tal-aġir tiegħi”. Hekk stqarr Toni, eks ħabsi, li f’ġimgħa huwa t-tieni wieħed li fetaħ qalbu ma’ NET News dwar is-sitwazzjoni degradanti li hemm fil-Ħabs u li wkoll, minħabba li fittex l-għajnuna, spiċċa fil-mira ta’ attakk partiġġjan mill-media Laburista.

Waqt intervista ma’ NET News, Toni kkonferma ħafna mill-informazzjoni li l-eks ħabsi l-ieħor qal lil NET News fil-jiem li għaddew, partikolarment fejn jidħlu l-imwiet fil-Ħabs.

Toni stqarr li l-pubbliku qed jinżamm fl-għama dwar il-problemi fil-Ħabs, kemm mid-Direttur tal-ħabs, kif ukoll u speċjalment mill-media Laburista, li din il-ġimgħa nqabdet b’rappurtaġġ aktar fake news oħra.

Min-naħa l-oħra, Toni qal li fil-Ħabs hemm Uffiċjali li huma dħulin u jridu jgħinu, iżda jispiċċaw fil-mira tad-Direttur.