Lokali

Attakk kontra l-media tal-Partit Nazzjonalista

Wara li il-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech stieden lil Prim Ministru Robert Abela għal diskussjoni dwar kif nistgħu nsaħħu l-liġijiet u r-riżorsi tal-pulizija sabiex jigu indirizzati kwistjonijiet inkwetanti ta’ żieda fit-tattiċi ta’ aħbarijiet foloz immirati biex iħawdu l-imħuħ tal-votanti…issa kien imiss lil-media tal-Partit Nazzjonalista li tispiċċa taħt attakk sistematiku u kkoordinat kontra min qiegħed jiġġieled fl-interess veru ta’ pajjiżna.

Permezz ta’ stejjer fittizji immirati biss biex jimminaw il-ħidma tal-Grupp Parlamentari Nazzjonalista, u f’dan il-każ tad-deputat Jason Azzopardi, hemm min iddejjaq u qiegħed jipprova jsikket lill-Partit Nazzjonalista.

Wara li inholqot link fazulla fuq l-internet…il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech talab lis-Segretarju Ġenerali Michael Piccinino sabiex mill-aktar fis possibli jagħmel rapport lill-pulizija tac-cybercrime dwar dan l-attentat…. bis-Segretarju Ġenerali jisħaq li dawn l-attakki mhux se jwaqqfu lill-ġurnalisti milli jkomplu għaddejjin bil-ħidma tagħhom..

Il-Partit Nazzjonalista …permezz ta’ stqarrija…insista fuq il-bżonn urġenti li l-pulizija ssaħħaħ il-liġijiet tas-cybercrime mill-aktar fis qabel l-elezzjoni ġenerali sabiex il-poplu jkun jista‘ verament jagħmel għażla demokratika b’mod ħieles u liberu ….u mhux ikkontrollat minn min għandu l- interess biss fil-poter u fih innifsu.