“Diġa kont ċar: bħala Prim Ministru, jien nirtira l-pjanijiet tal-marina ta’ Marsaskala immedjatament”… saħaq dan il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech permezz ta’ post fuq Facebook.
Huwa saħaq li proġetti bħal dawn, fi kwalunkwe lokalita, jistgħu jitressqu biss wara proċess ta’ konsultazzjoni veru mar-residenti, negozji u kunsilli lokali taż-żona kif ukoll l-esperti tal-konservazzjoni, il-planners, u l-konsulenti tat-turiżmu sostenibbli.
Bernard Grech kompla jgħid kif idealment Malta jkollha kunsill b’ħiliet differenti li xogħlu jkun li jħares il-viżjoni fit-tul tal-gżira. U dak il-Kunsill jikkunsidra kemm għandna marinas li għandna bżonn u fejn inpoġġuhom biex jimminimizzaw l-impatti ta’ ħsara u jimmassimizzaw il-benefiċċji.
Il-Kap tal-PN kompla jgħid “Kieku jien Prim Ministru, inwaqqaf dan it-tip ta’ Kunsill. U jien nitlob l-opinjoni tiegħek dwar min għandu jinħatar għaliha”.
//= $special ?>