Is-sewwieq ta’ Yamaha u l-leader tal-klassifika tal-MotoGp, Fabio Quartararo rebaħ il-Grand Prix f’Silverstone, l-Ingilterra. Fit-tieni post temm is-sewwieq ta’ Suzuki Alex Rins filwaqt li Aleix Espargaro ta l-ewwel podium lil Asprilla fit-tielet post.
Jack Miller ta’ Ducati daħal fir-raba’ post filwaqt li l-Ispanjol Pol Espargaro temm fil-ħames post, segwit minn Brad Binder ta’ KTM fis-sitt post. Iker Lecuono spiċċa fis-seba’ post, bl-Ispanjoli Alex Maqruez u Joan Mir isegwuh fit-tmien u fid-disa’ post rispettivament. Fl-għaxar post temm it-Taljan ta’ KTM Danilo Petrucci.
//= $special ?>