Lokali

Fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ fuq il-blat

Raġel ta’ 82 sena jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu wara li waqa’ fuq il-blat fil-viċinanzi ta’ Ġnien l-Indipendenza.

Dalgħodu, għal xil-10:30, il-Pulizija ġiet infurmata li kien hemm bżonn l-assistenza tagħha fi Triq ix-Xatt tas-Sliema minħabba li kien hemm persuna mixħuta fuq il-blat.

Tim mediku ta l-assistenza u ambulanza ħadet lir-raġel l-Isptar Mater Dei għall-kura.

Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi serji.

Il-Maġistrat tal-Għassa Josette Demicoli ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta, filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.