“Il-Partit Nazzjonalista qed isejaħlek biex il-bidla li pajjiżna tant għandu bżonn nagħmluha flimkien. Ejja lkoll flimkien inkunu l-bidla li dan il-pajjiż tant għandu bżonn.”
Kliem il-Kap tal-Partit Nazzjonalisa Bernard Grech f’intervista li saritlu fuq NET FM.
Dwar is-survey li ġie ppubblikat mit-Times, Bernard Grech qal li hu dejjem kien saqajh mal-art u ħares lejhom bħala ritratt ta’ dak li tkun qed turi s-soċjeta. Huwa qal li dan is-survey huwa wieħed li jimlih b’kuraġġ kbir għax juri li l-poplu qed jirrispondi għar-relatajiet li dan il-pajjiż għaddej minnu.
Bernard Grech qal li l-eks Prim Ministru Joseph Muscat diġà tilef il-kredibbilta kollha hekk kif hu ġab ħafna ħsara f’pajjiżna u llum ma jistax ikun li jibqa’ parti mill-preżent. Huwa żied jgħidli l-problema hi li Robert Abela ma jistax jinqata’ minn Muscat u qed jibqa’ jiġi kkontrollat minnu.
“Jien jinteressani l-pajjiż u n-nies.. tama li jista’ jagħtiha biss il-PN. Partit Nazzjonalista mmexxi minni se jkun il-parti li jġib bidla u tama ġdida.”
Dwar l-iżvilupp massiċċ ta’ Marsaskala, Grech qal li filwaqt li l-iżvilupp sostenibbli huwa neċessarju, ma nistgħux intejbu l-qagħda ta’ xi wħud u neqirdu l-qagħda ta’ oħrajn, iżda għall-Prim Minsitru dan ma jgħoddx. Dan il-Gvern diġà ddeċida dwaru u jidher ċar li mhux se jmur lura minnu.
“Partit immexxi mini se jkun tarka għall-poplu Malti kollu…. a skapitu tan-nies tal-lokal.“
Bernard Grech tkellem dwar il-Bord li twaqqaf li qed jisma’ l-ilmenti… fejn il-PN qed jagħmel sejħa biex min iħoss li saret inġustizzja miegħu jkun jista’ jagħmel xi ħaġa dwarha u joħorġu b’inizjattivi ġodda.
“Ersqu lejn il-PN… int min int… biex int li batejt l-inuġustizzja ssib fil-PN dak il-wens li għandek bżonn biex tieħu dak li ħaqqek.”
Dwar l-għoli tal-ħajja, il-Kap tal-PN qal li PN se jkun qiegħed hemm biex jara li kulħadd jimxi ‘l quddiem… bil-mod kif aħna rridu nagħmlu l-ekonomija se nagħtu kas li inti timxi l quddiem tkun xi tkun il-qagħda ekonomija tiegħu, qal Bernard Grech
Bernard Grech tkellem ukoll dwar il-mod kif qed joperaw il-Qrati tagħna… nuqqas ta’ spazju u riżorsi… fejn għandna Ministru tal-Ġustizzja li falla għax is-sitwazzjoni fil-qasam tal-ġusitzzja baqgħet serja għall-agħar.
Il-Kap tal-PN qal li għall-PN il-qasam tal-edukazzjoni u s-saħħa huma pilastri importanti u Gvern Nazzjonalista fejn ikun hemm bżonn se jġib ħaddiema barranin imma l-ewwel se jkun qed jippjana biex jara li jkun hemm biżżejjed ħaddiema Maltin f’dawn is-setturi. Huwa żied jgħid li Partit Nazzjonalista fil-gvern se jkun qed jara li kull min jersaq lejn dawn is-settur ikunu kundizzjonijiert tax-xogħol tajbin.
Bernard Grech qal li huwa evidenti li l-Gvern qiegħed jaħdem biex jagħti ħafna xgħolijiet mal-Gvern. “Jien jinsteressani l-Gvern ikollu ekonomija tajba u jattira l-aqwa talent fis-settur pubbliku. Però dan ma jistax isir a skapitu tas-settur privat”, qal il-Kap tal-PN.
Dwar l-edukazzjoni Bernard Grech qal li għandna PM li qed jippjana għall-elezzjoni iktar milli qed jippjana għall-futur ta’ uliedna. Dan hekk kif l-edukaturi għadhom ma jafux kif se jkunu qegħdin joperaw fis-sena skolastika ġdida u dan kollu qed joħloq ħafna inċertezza.
“Jekk veranment dan il-gvern jinsteressah mill-istudenti, irid ikollna Ministru tal-Edukazzoni li ma tibqax tkaxkar saqajha u tgħidilna llum x’se jkun il-pjan għas-sena skolastika ġdida li mistennija tibda inqas minn xahar ieħor.“
//= $special ?>