Formula 1 Sport

Il-Grand Prix ta’ Spa ikkanċellata | Max Verstappen iddikjarat rebbieħ

(Ritratt: EPA)

Il-Grand Prix ta’ Spa fil-Belġju kellha tkun ikkanċellata minħabba xita kontinwa li ma waqfet xejn matul il-jum tal-Ħadd. Madanakollu, Max Verstappen kien iddikjarat bħala r-rebbieħ tat-tellieqa wara li lbieraħ rebaħ il-Pole Position, b’ George Russell jikseb l-ewwel podium tiegħu fit-tieni post segwit minn Lewis Hamilton.

It-tellieqa kienet se titkompla iżda wara żewġ dawriet u minkejja t-tentattivi tal-uffiċjali tal-Formula 1 sabiex isseħħ it-tellieqa, il-kundizzjonijiet tat-temp kienu ħżiena, tant li l-Grand Prix kellha tkun ikkanċellata.

Is-sewwieqa kollha li kkwalifikaw mal-ewwel għaxra ingħataw nofs il-punti ta’ dawk li normalment jingħataw, skond ir-regoli stipulati mill-FIA.