Sport Sport Ieħor

Imut Jacques Rogge, eks President tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali

Aktar kmieni tħabbret il-mewt tal-eks president tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali Jacques Rogge, fl-eta’ ta’ 79 sena. Rogge kien it-tmien president tal-KOI u serva bejn l-2001 u l-2013, fejn wara kien nħatar bħala President Onorarju.

Rogge kien gradwat fil-mediċina sportiva u rrappreżenta lil pajjiżu, l-Belġju, fir-Rugby kif ukoll fl-ibburdjar, fejn ipparteċipa fl-Olimpjadi tal-1968, 1972 u l-1976. Wara karriera bħala atleta huwa nħatar President tal-Kumitati Olimpiċi tal-Belġju kif ukoll dak Ewropew, fejn wara l-2013 serva wkoll bħala rappreżentant tal-Ġnus Magħquda.