Lokali

Jiżdied l-appoġġ għall-Partit Nazzjonalista

Stħarriġ ippubblikat mit-Times juri li l-PN kompla żied l-appoġġ tiegħu fost l-elettorat – konferma tal-ħidma kbira li saret fl-aħħar xhur, mhux biss biex jitwassal il-messaġġ li l-PN għandu fiduċja fin-nies u fil-pajjiż, iżda wkoll bl-ammont kbir ta’ proposti li qed joħroġ il-partit b’mod regolari.

Is-survey juri shift ta’ 6 punti perċwentwali – li jfisser swing ta’ 20,000 vot.

Dan ir-riżultat juri ukoll trend li issa ilha għaddejja numru ta’ ġimgħat. Fil-fatt, survey ikkummisjonat għal Newsbook wera wkoll swing sostanzjali favur il-PN.

L-istħarriġ sar mill-grupp Esprimi fost sample ta’ 600 persuna matul ix-xahar ta’ Awwissu.

Skont dan l-aħħar stħarriġ, il-PN għandu 44.9% tal-appoġġ mill-votanti. Dan filwaqt li l-Partit Laburista kompa jnaqqas.

Interessanti l-fatt li kważi kwart ta’ dawk li ġew intervistati ma xtaqux juru l-intenzjoni tal-vot tagħhom, jew saħansitra qalu li mhux se jivvutaw.

Skont dawn iċ-ċifri, il-partiti ż-żgħar baqgħu b’appoġġ kważi ineżistenti.