Wara t-trasferiment tiegħu mingħand Barcelona, illejla Lionel Messi ddebutta mal-club il-ġdid ta’ PSG fir-rebħa li kellhom ta’ 2-0 kontra Reims. Messi ma kienx parti mill-ewwel ħdax iżda daħal bħala sostitut minflok Neymar fis-66 minuta. Il-gowls għal PSG waslu permezz tal-attakkant Franċiż Kylian Mbappe fis-16 u fit-63 minuta, f’dik li tista’ tkun l-aħħar dehra tiegħu mal-club ta’ Pariġi.
//= $special ?>Lionel Messi jiddebutta fir-rebħa ta’ PSG
