F’Ibrox stadium, iċ-champions attwali tal-Iskozja Rangers għelbu lir-rivali tagħhom Celtic bl-iskor ta’ 1-0. Il-gowl uniku tal-partita wasal fis-66 minuta, meta minn corner ta’ Borna Barisic, kien Filip Helander li għola fuq kulħadd u għeleb lil goalkeeper Joe Hart. B’hekk Rangers telgħu fit-tielet post tal-klassifika b’9 punti filwaqt li Celtic baqgħu fis-sitt post b’6 punti. B’din ir-rebħa Rangers issa ilhom ma jitilfu kontra Celtic fl-aħħar sitt konfronti li kellhom bejniethom.
//= $special ?>Rangers jegħlbu lil Celtic fl-Old Firm Derby
