Lokali

Tradizzjoni li ma baqgħetx titgawda biss f’pajjiżna

Kważi f’kull kantuniera…  f’Malta issib ħanut tal-pastizzi. Iżda anke fost l-Amerikani, dan it-tip ta’ ikel qed jikber fil-popolarità.

Joe Gauci, li twieled New York u għex f’Arizona, ħa ħsieb li din it-tradizzjoni Maltija tikber ukoll fl-Amerika billi beda negozju tal-pastizzi.

Net News tkellem ma’ Joe Gauci li stqarr magħna kif din l-idea bdiet minħabba li ommu kienet tħobb tqatta’ ħafna ħin fil-kċina… speċjalment issajjar il-pastizzi.

Hu qalilna li meta waqaf jaħdem bħala ‘recording engeneer’ xtaq li jsib xi ħaġa oħra x’jagħmel u għalhekk meta ħass li kellu għarfien biżżejjed sabiex jibda jagħmel u jbiegħ il-pastizzi, Joe Gauci fetaħ negozju żgħir.

Issa, Joe Gauci qed jaħdem ukoll b’servizz ta’ food truck.