Lokali

“Viżjoni li twassal għal pajjiż aħjar” – Michael Piccinino

Il-Partit Nazzjonalista qed jippreżenta l-viżjoni li ser twassal sabiex pajjiżna ikun verament aħjar”

Kliem is-Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino waqt li kien qed jieħu sehem fil-programm Analiżi fuq Net Television.

Michael Piccinino saħaq li s-survey li sar mit-Times juri li d-distakk bejn iż-żewġ partiti naqas b’20 elf vot.. turija ċara ta’ kemm il-ħidma tal-PN qed tasal għand l-elettoral Malti.

Huwa stqarr li fil-ġimght li gejjien, il-PN ser ikun qed jippreżenta viżjoni ħolistika għal pajjiżna li għandha d-dmir li tolqot l-aspirazzjonijiet tal-poplu Malti u Għawdxi kollu.

Dwar l-iżvilupp massiċ tal-Marina f’Marsaskala, Michael Piccinino saħaq li jekk dan il-proġett mhux ġej minn Robert Abela… kif stqarr id-deputat Jean Claude Micallef.. allura din tqajjem ħafna mistoqsijiet ..

Is-Segretarju Ġenerali tal-PN tkellem ukoll dwar il-faċilita korrettiva ta’ kordin fejn saħaq li dawn in-nies li jmorru hemm sabiex jiskontaw sentenza għal għemilhom.. għandhom jiġu riformati sabiex dawn in-nies joħorġu minn hemm aħjar. Huwa stqarr li jekk ma jsirx hekk.. mhux biss tkun qed issir vendikazzjoni mal-ħabsi iżda anke mas-soċjeta in ġenerali.

Michael Piccinino għamel aċċenn għall-‘fake news li ħarġet il-midja tal-Partit Laburista aktar kmieni din il-ġimgħa.

Wara rapporti li l-elezzjoni tista’ ssir f’Novembru, Michael Piccinino sostna li huwa evidenti li l-Gvern ta’ Robert Abela jinsab f’paniku tant li Abela qed jingħata l-parir sabiex isejjaħ elezzjoni mill-aktar fis.

Is-Segretarju Ġenerali saħaq li l-bidla fil-pajjiż ma ssirx biss minn Bernard Grech waħdu iżda mill-poplu Malti u Għawdxi kollu.