Lokali

Żewġ inċidenti li jinvolvu tfal taħt l-età f’temp ta’ ftit minuti

L-Għaqda Malta Red Cross intaqat ma’ żewġ inċidenti li seħħew fi ftit minuti f’żewġ bajjiet differenti u li kienu jinvolvu tfal taħt l-eta’ fil-baħar.

F’post fuq il-media soċjali, il-Malta Red Cross tappella sabiex il-ġenituri u l-gwardjani tat-tfal żgħar joqgħodu attenti ħafna waqt li jkunu il-baħar. Dan b’reazzjoni għal żewġ inċidenti potenżjalment serji li seħħew fi ftit minuti u li kienu jinvolvu tfal tal-e tà bejn is-1 u l-5 snin. Il-Malta Red Cross qalet li dawn it-tfal ma kienux akkumpanjanti mill-ġenituri jew mill-gwardjani tagħhom waqt li kienu qegħdin jgħowmu.

L-Għaqda Malta Red Cross qalet li fortunatament, it-tfal li kienu involuti f’dawn iż-żewġ inċidenti ma soffrewx ġrieħi gravi grazzi għall-intervent fil-pront tal-lifeguards u tal-persuni li kienu jinsabu fuq il-post.