Fl-aħħar sigħat, pajjiżna rreġistra 34 każ ġdid tal-COVID-19 filwaqt li fiequ mill-virus 35 persuna biex b’hekk il-każi attivi niżlu għal 634. Dawn l-aħħar numri joħorġu minn fost 2,362 swab test li saru.
Skont l-aħħar aġġornament mill-awtoritajiet tas-sahha, il-persuni rikoverati fl-Isptar żdiedu b’erbgħa …u bħalissa f’Mater Dei hemm 32 pazjent tal-COVID-19, bi 2 minnhom jinsabu f’qagħda kritika hekk kif qed jingħataw il-kura fl-ITU.
Intant, meta pajjiżna ilu jaffaċja din il-pandemija għal total ta’ 78 ġimgħa, s’issa kienu reġistrati total ta’ 36,089 każ li minnhom fiequ 34,618. F’din it-78 ġimgħa, f’Malta s’issa kienu rreġistrati total ta’ 133 każ ta’ Coronavirus.
Sal-Ħadd ingħataw 795,649 doża tal-vaċċin, b’ 412,062 persuna huma mlaqqma kompletament.
Intant, l-għaqda każini tal-banda qed tagħmel pressjoni sabiex minn issa jibdew diskussjonijiet dwar il-festi għall-2022.
//= $special ?>