“Ġejt infurmat li emails foloz f’ismi qed jiċċirkolaw bħala parti minn kampanja mifruxa ta’ diżinformazzjoni f’Malta.” Hekk saħaq il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech permezz ta’ post fuq Facebook.
Huwa kompla jgħid kif wara li kklonjaw websites tal-aħbarijiet biex ixerrdu fake news deliberatament, issa qed jippruvaw jagħmlu ħsara lill-Oppożizzjoni.
Bernard Grech kompla jgħid li dawn huma tattiċi antidemokratiċi perikolużi. Ma nistgħux inħalluhom jibqgħu bla kastig. Ma nistgħux naċċettaw li nsaħħu l-kultura ta’ impunita li wasslet għall-qtil ta’ ġurnalista.
Huwa appella sabiex il-unit tas-Cybercrime tal-Pulizija tissaħħaħ u l-Gvern u l-Oppożizzjoni għandhom jiltaqgħu b’urġenza biex jiżguraw li l-liġijiet li jirregolaw is-Cybercrime jissaħħu qabel l-elezzjoni li ġejja.
//= $special ?>