Raġel Filippin ta’ 43 sena residenti Ħal Luqa, jinsab fil-periklu tal-mewt wara li tilef il-kontroll tal-vettura li kien qed isuq u baqa’ dieħel f’ħajt. L-inċident seħħ fi Triq Valletta għall-ħabta tal-11:30pm, meta r-raġel barrani kien qed isuq vettura tal-għamla Mazda 2 Sport u tilef il-kontroll.
Tim mediku ta l-assistenza u ambulanza ħadet lis-sewwieq l-Isptar Mater Dei għal kura. Aktar tard, huwa ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji. Membri mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili kienu wkoll fil-post.
Il-Maġistrat tal-Għassa Josette Demicoli ġiet infurmata bil-każ u ħatret inkjesta filwaqt li l-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>