Lokali

“Għaliex għandi nagħmel kwarantina f’lukanda u mhux fir-residenza tiegħi?”

“Għaliex għandi nagħmel kwarantina f’lukanda u mhux fid-dar tiegħi?”

Hekk qaltilna persuna li tkelmet ma’ Net News u li esprimiet ir-rabja u dispjaċir tagħha għall-fatt li ma tħallietx tagħmel il-kwarantina fir-residenza li għandha f’Malta ….iżda intalbet tmur toqgħod f’lukanda.

Din il-persuna, li kienet għadha kif waslet fl-Ajruport Internazzjonali, stqarret illi ma jistax ikun li persuna tintalab tħallas biex tmur toqgħod f’lukanda meta għandha r-residenza tiegħha.

Bħalha, hemm diversi oħrajn li f’dawn l-aħħar jiem ilmentaw ma’ Net News li ma jaffordjawx iħallsu spejjeż li jitilgħu għal eluf ta’ ewro sabiex joqgħodu f’lukanda għall-ġimgħatejn sħaħ. Fosthom, hemm il-Maltin li jaħdmu fuq ir-riggijiet taż-żejt.

Intant, ir-reazzjonijiet fuq il-midja soċjali, qed ikunu ħafna…b’uħud jgħidu li bil-kwaratina “qed jeħdulek il-flus minn ħalq uliedek”.

Oħrajn qalu: “Din kummidja, johodlok 1,400 ewro mill-but biex thallas lukanda meta jkollok dar fejn tmur. Stat li tilef kull sens, u jitratta lil kulhadd ta skjav.”

Jekk wieħed jonfoq 100 euro kuljum.. f’ġimgħatejn ikollu jħallas 1,400… ammont ta’ flus li xi nies lanqas biss jaqbduh f’xahar. Dan apparti l-fatt li persuna jista’ jkun li ma tkunx ġejja minn barra weħedha ….iżda jkollha l-familja magħha, u b’hekk l-ispiża tkompli tikber.