“Ibni ħajtek mill-ġdid u neħħin r-rabja. Itlob l-għajnuna u timxi ‘l quddiem għax waħder mhux se ssolvi l-ebda problema. Jekk tammetti l-akkużi li ksirt il-kundizzjonijiet tal-pleġġ għandek minimu ta’ sitt xhur ħabs. Ikkontrolla ħajtek. Għandek tifla żgħira li qed tgħix mal-partner ta’ missierek li llum m’għadux magħna, ieqaf u irrifletti.
Kliem il-Maġistrat Ian Farrugia hekk kif fl-awla numru tmienja tal-Qorti omm ta’ 27 sena li hija ‘homeless’ ġiet mixlija li kisret il-kundizzjonijiet tal-libertà proviżorja mogħtija mill-Qorti f’Ġunju tas-sena l-oħra. Hija kienet ingħatat il-ħelsien mill-arrest fuq depożitu ta’ €800 u garanzija personali ta’ €10,000.
Il-każ ta’ Donna Borg, li għalih kienet ingħatat il-pleġġ, kien dwar serqa minn fuq anzjan bi vjolenza. Xi ħaġa li l-Qorti qalet li dan huwa każ serjissimu. l-omm, li ma taħdimx, wieġbet li fil-Qorti diġa ħareġ li hija ma kellhiex x’taqsam mal-vjolenza.
L-Ispettur Lydon Zammit qal li fit-18 ta’ Ġunju tas-sena l-oħra hija ngħatat ordni mill-Qorti biex tiffirma kuljum l-Għassa tal-pulizija Birżebbuġa. Qal li naqset diversi drabi li tmur tiffirma u Zammit tenna li kien kellimha fl-10 ta’ Lulju, u hemm kien l-aħħar li ffirmat.
Il-prosekutur kompla jgħid li fil-bidu hija kien tagħat indizz f’ Birżebbuġa, iżda hija qalet fil-Qorti li spiċċat homesless. “Ilum sirna nafu dan qal l-Ispettur u tenna li issa qed tgħid li sabet post Marsascala. Kompli li l-aħħar seduta li kellha l-qorti kienet assenti.
Hawn hija qalet li kienet assenti għax marret l-Isptar Monte Carmeli, bl-Ispettur jgħid ukoll li dan il-każ ġie għall-konnoxxenza tiegħu waqt is-seduta. Il-Qorti staqsiet kemm għandha żmien bintha u fejn qed tgħix, l-akkużata qalet li għandha sitt snin u li qed tgħix mas-sieħba li kellu missierha, li miet ftit ilu.
“Qiegħda nissettilja l-poblema tad-droga u qiegħda fuq il-mistura. Qed immur is-Sedqa ukoll”. Hawn l-avukat tal-għajnuna legali li kien qed jassistiha, nforma lill-Qorti li huwa l-avukat ta’ ommha u jista jkun hemm konflitt ta’ interess.
Kif semgħġet dan id-diskors Borg qabdet tibki u deheret ferm emmozjonata. L-Avukat Bugeja qal li biex ma joħloqx problemi, l-aħjar ħaġa huwa li hija ma tammettiex u ma jkomplix bil-każ. “Tajjeb li tagħmel hekk”, qaltlu l-Qorti, fejn hawn eżentatu milli kompli jassisti lill-mara.
Hawn il-Qorti għamlet tentattiv mingħajr suċċess biex issib avukat tal-għajnuna legali u tenna li l-Avukat Martin Fenech, li wara l-Avukat Bugeja huwa l-konsulent legali li jmissu jkun għassa fl-għajnuna legali mistenni jiddeffendi lil Borg.
Il-Maġistrat Farrugia staqsa lill-imputata jekk kinitx se tammetti u jagħtiha sentenza, jew le. Qalilha li l-minimu huwa sitt xhur ħabs., “Għandek bżonn tikkontrolla ħajtek, tajjeb li tattendi s-sedqa u tmur għal metadone, iżda b’dawn l-affarijiet ma nippressjonax ruħi. Ilek bil-problemi tad-droga s-snin,” huwa qalilha.
L-omm qalet, “jien free, problema biss tal-ħaxixa għandi u jekk teħduli t-test tal-awrina jew demm, żgur li ssibuni free. Hija bdiet tistaqsi lill-Maġistrat għaliex xorta se tispiċċa l-ħabs u trid tmur, bil-qorti tgħid li għaliha hi qed twieġeb mhux ħatja, bl-imputata titlob għall-pleġġ, bil-prosekuzzjoni toġġezzjona.
Il-Qorti qalet li mhux konvinta mill-affidabilità tagħha u ċaħdet it-talba u qaltilha biex tibdi ħajjitha mill-ġdid u toqgħod tirrifletti sakemm tkun il-ħabs. “Aktar inkissirha fil-ħabs ħajti, hija wieġbet.”
//= $special ?>