Raġel ta’ 41 sena minn Ħal Luqa weġġa’ gravi wara li lbieraħ għall-ħabta tas-6:30pm inqaleb bil-vettura tiegħu.
L-inċident seħħ fi Triq tax-Xerriek, f’Marsaxlokk. Mill-ewwel stħarriġ irriżulta li r-raġel kien qiegħed isuq karozza Daihatsu Charade meta f’ħin minnhom tilef il-kontroll u nqaleb.
Tim mediku ta l-għajnuna lir-raġel u ambulanza ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei fejn ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi. L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.
//= $special ?>