Matul il-lejl ingħata bidu għall-Open tal-Istati Uniti fejn t-tennista Novak Djokovic se jkun qed ifittex li jikteb l-istorja hekk kif se jkun qed jittama li jirbaħ il-21 Grand Slam tal-karriera tiegħu.
Minn naħa l-oħra, t-tennisti Serena Williams, Roger Federer u Rafael Nadal se jkunu qed jitilfu dan it-tournament minħabb injury, fejn din se tkun l-ewwel darba sa mill-1997 li dawn it-tliet tennisti mhux se jkunu qed jieħdu sehem fl-istess tournament.
Fil-kategorija tan-nisa, Asheligh Barty se tkun il-favorita li tirbaħ din il-kompetizzjoni flimkien mat-tennista Naomi Osaka, hekk kif se tkun qed tittama li tiddefendi t-titlu tagħha. Għal dan it-tournament, it-tennisti mhux se jkunu qed jitpoġġew f’bubble iżda l-partitarji li se jattendu jridu jippreżentaw iċ-ċertifikat tal-vaċċin.
//= $special ?>