Ragel ta 53 sena, residenti l-Mosta ingħala l-liberta proviżorja fuq każ ta’ vjolenza domestika wara li ommu li għandha 90 sena fil-Qorti qalet li kienet lesta li żżommu magħha fid-dar tagħha ġewwa r-Rabat. Huwa kien akkuzat li sawwat lis siehba tiegħu u ġie arrestat wara li hija ghamlet rapport lil pulizija.
L ispettur Eman Hayman qal li l mara kellha marki ta swat fejn spiċċat imbenġla f’diversi partijiet ta’ ġisimha. Il vittma qalet lill-pulizija li l abbuż kien ilu għaddej sew. L akkużat li jaħdem bħala kok qal fil qorti li mhux ħati tal-akkużi miġjubin kontrih I
Il-Qorti preseduta mill-Maġistrat Ian Farrugia ordnat li l-isem tal akkuzat ma jkunx ippublikat. Id-difiża talbet il ħelsien mill arrest izda il prosekuzzjoni oġġezzjonat għax il vittma ghadha tgħix fl istess residenza mal-akkużat.
Madankollu omm l akkużat li ghandha 90 sena u li tgħix ir Rabat fil-qorti qalet li lesta li tħalli l binha jghix ghandha. Il-Maġistrat Ian Farrugia wissa lil ommu biex ma toqgħodx tiddefendi lil binha u taħbi dak li jagħmel.
Il-Qorti lanqas ma kienet kuntenta għall-fatt li mara ta’ 90 sena inġibet il-Qorti. Madankollu fuq dak li xehedet l-anzjana hija tagħtu l-ħelsien mill arrest u wissietu biex ma jippruvax ikellem lis sieħba tiegħu u lil uliedha.
Il Maġistrat wissieh ukoll biex iżomm mal-kundizzjonijiet imposti fuqu nkella jerga jispiċċa l-Qorti. Huwa ngħata l-pleġġ fuq depożitu ta 1,500 ewro u garanzija personali ta 1,500 ewro oħra .Inħarġet ukoll ordni ta protezzjoni fil konfront tas siehba tiegħu.
//= $special ?>