Formula 1 Sport

Lewis Hamilton jikkritika l-mod ta’ kif ġiet imħassra t-tellieqa tal-Belġju

(Ritratt: EPA)

Is-sewwieq ta’ Mercedes Lewis Hamilton ikkritika l-mod ta’ kif bih ġiet imħassra t-tellieqa tal-Ħadd li saret fi Spa l-Belġju fejn tħassret minħabba x-xita. Hamilton ddeskriva dak li seħħ bħala farsa.

Hamilton qal li ma kellux għalfejn jittieħed riskju żejjed hekk kif is-sewwieqa kienu diġa għamlu żewġ dawriet u li l-partitarji għandhom jingħataw flushom lura. Hamilton qal li minħabba li x-xita kienet waħda kontinwa kienet diffiċli li t-tellieqa ssir mill-bidu. Ir-regolamenti tal-F1 jgħidu li jridu jsiru żewġ dawriet biex jingħataw il-punti lis-sewwieqa.

Lewis Hamilton qal li dan seħħ bi skop filwaqt li kelliem għall-FIA rrifjuta dawn l-allegazzjonijiet u qal li kollox kien pjanat biex it-tellieqa ssir kif kien pjanat. Is-sewwieq ta’ Red Bull Max Verstappen kien dikkjarat rebbieħ tal-Grand Prix tal-Belġju filwaqt li George Russell u Lewis Hamilton temmew fit-tieni u fit-tielet post rispettivament.