Enerġija Lokali

Miriam Dalli ma tridx tagħti l-irħas rata għall-karozzi elettriċi

Il-PL se jżomm mal-proposta ta’ 13ċ għal kull unit u se jibqa jinjora l-orħos rata ta’ 10ċ5 għal kull unit li jrid joffri l-PN

Hekk kif l-użu tal-karozzi elettriċi qed isir aktar importanti minħabba l-impenn tal-uminità kontra l-emmisjonijiet, ħafna ma jistgħux jifhmu kif il-Gvern ta’ Robert Abela mhux joffri l-orħos rata ta’ enerġija għal min jiċċargja l-karozzi li jaħdmu bl-elettriku.

Il-proposta tal-Partit Laburista hi li għal kull unit ta’ elettriku użatt biex tiċċarġja karozza, inti trid tħallas 13ċ – rata li fil-jiem li għaddew il-Ministru tal-Enerġija Miriam Dalli ddefendiet bħala rata preferezjali.

Kien għalhekk li staqsejna jekk għadiex taħsiba l-istess bil-Ministru din id-darba tgħidilna li l-proposta tagħha hija waħda “favorevoli.” Rata favorevoli ma tfisirx li hija l-irħas rata għall-poplu Malti u allura erġajna staqsejna lill-Ministru, iżda din id-darba, minflok wieġbet jekk il-Gvern hux se jagħti l-irħas rata, infexxet f’attakk partiġġjan fuq il-Partit Nazzjonalista.

Il-verità hi li l-PN qed jipproponi li biex aktar persuni jkunu mħeġġa jixtru karozza elettrika, il-prezzijiet għandhom ikunu fissi għal 10ċ5 għal kull unit; jiġifieri l-orħos rata ta’ konsum residenzjali. U mhux 13ċ kif qed ihallsu n-nies bhalissa.

Madanakollu għal xi raġuni mhux magħrufa, il-Ministru Miriam Dalli qed tibqa’ tgħid li n-nies jaqblilom bil-proposta ta’ 13c tal-Labour u mhux bil-proposta ta’ 10ċ5 tal-PN. Konferma li l-Gvern Laburista se jżomm mal-proposta ta’ 13ċ u se jibqa jinjora l-orħos rata ta’ 10ċ5 li jrid joffri l-Partit Nazzjonalista.