“Mhux se nagħtik il-libertà proviżorja għax irridlek il-ġid. Naf li bħalissa qed tgħid li ma tistax tkompli ma uliedek u mhux se taqla’ l-flus, imma jekk tirrifletti sew anke jekk mhux illum se tinduna li din hija l-aħjar soluzzjoni. Ma rridekx terġa’ taqa’ u l-piena tkun akbar jekk tiżbalja.”
Dan kien kliem il-Maġistrat Ian Farrugia wara li ċaħad it-talba għall-pleġġ fil-konfront ta’ Lydon Gravina ta’ 32 sena li joqgħod il-Floriana li wieġeb mhux ħati li seraq żewġ Ipads minn żewġ stabbilimenti fil-Qawra u tas-Sliema.
Investigazzjoni konġunta bejn il-Pulizija tad-Distretti tal-Qawra u Tas-Sliema wasslet għall-arrest ta’ Gravina li fil-qorti qal li jaħdem fil-kċina ta’ ristorant fil-Ħamrun fejn ġie mixli li kkommetta l-ewwel serqa fl-24 ta’ Mejju li għadda minn stabbiliment fil-Qawra għall-ħabta tat-3.00pm.
Il-Prosekuzzjoni qalet li kien -għada, għal xi l-3.45pm. il-pulizija ġew infurmati li seħħet serqa simili ta’ Ipad, din id-darba minn stabbiliment f’Tas-Sliema. Wara li ġew elevati filmati minn kameras tas-sigurtà tal-ħwienet, il-pulizija stabilixxew l-identità tal-allegat ħalliel, li fiż-żewġ każijiet, kien l-istess wieħed. Huwa spiċċa arrestat nhar il-Ħadd li għadda.
Fil-Qorti ħareġ li Gravina għandu problema ta’ droga u li bħalissa qed jindirizza billi qed jattendi programm il-Caritas. Ħareġ ukoll li huwa għandu żewġ t’itfal li għand 11 u ħames snin rispettivament. Tenna li t-tfal ikunu miegħu fil-weekend.
L-Avukat tiegħu Matthew Xuereb qal li anke €400 euro mantemimnent lill-omm uliedu qed iħallasjom u għalhekk dejjem żamm l-obbligi tiegħu u sostna li omm it-tfal ma taħdimx. Il-Qorti qalet li peress li mhijiex konvinta mill-affidabilità tal-imputat, apparti l-biża li jikkommetti reati oħra, ċaħdet it-talba.
“Ninsab f’pożizzjoni diffiċli, u d-deċiżjoni li nieħu dejjem tkun iggwidata mill-liġi u sens ta’ ġustizzja. Irrid ukoll il-ġid lilek. Int mingħalik li irridlek il-ġid għax nagħtik il-pleġġ, le imma u għada pitgħada tifhimni aħja., Għamilt pass għal ġid tiegħek. Irridek tirrifletti, li tibdel ir-rotta,
“Issa jew tirribella, jew tirriflett u trabbi l-għaqal, itlob l-għajnuna, l-avukat se jidderġiġik żgur. Illum inkun salvjatek minn xi tliet kawżi oħra u ma rridx narak hekk u tispiċċa agħar. Il-Prosekuzzjoni tmexxiet mill-Ispettur Colin Sheldon u Christina Delia.
//= $special ?>