Lokali

Problemi bla bżonn minħabba ppjanar tal-aħħar minuta – UPE

L-UPE tinsab konxja ħafna dwar problema li ġġib magħha kull sena skolastika ġdida.

Il-maġġoranza tal-Learning Support Educator li jgħixu Għawdex u jaħdmu f’Malta jiffaċċjaw il-kwistjoni li ma jkunux jafu f’liema skola ser ikunu qed jaħdmu sal-aħħar minuta.

Il-konsegwenza ta’ nuqqas ta’ informazzjoni twassal għal diversi problemi oħra fosthom it-trasport.

Fi stqarrija, il-UPE saħqet li l-membri Għawdxin tagħha enfasizzaw il-problemi li jiltaqgħu magħhom biex isibu trasport minn Għawdex għall-iskejjel assenjati.

Il-UPE ilhom sena wara sena jiġbdu l-attenzjoni dwar dawn il-kwistjonijiet. Madankollu, jidher li l-istess żball jitħalla jseħħ mingħajr ebda kumpens għar-riperkussjonijiet li ġġib magħha l-ippjanar tal-aħħar minuta.

L-UPE tħeġġeġ sabiex l-LSE’s li ser jaħdmu f’Malta jkunu jafu f’liema skola ser jitpoġġew mill-aktar fiss sabiex jiġu evitati problemi bla bżonn.