Pjattaforma li tpoġġiet f’nofs Triq il-Merkanti fil-Belt Valletta ħolqot furur sħiħ fost ir-residenti tal-Belt. Dan minħabba li qed jiżdiedu dawn l-istrutturi li qed ikunu ostaklu għall-ispazji miftuħa.
Minn tal-ewwel li wassal ir-reazzjoni tiegħu kien il-kunsillier tal-PN fil-Belt Christian Micallef.
Huwa stqarr li mhux se jaċċetta din l-oxxenita’ fil-kapitali. “Hemm limitu għal kollox. Dan il-limitu issa nqabeż”, saħaq Micallef.
“Ghadni kif tkellimt mas-Sindku Alfred Zammit, u bħala Kap tal-Minoranza fil-Kunsill tal-Belt qed naqblu bis-saħħa li se niġġieldu dan l-abbuż fuq ir-residenti u l-Belt Valletta flimkien. Dan hu l-mument tal-prova fejn il-partiti politiċi nuru li r-resident hu l-ewwel u qabel kollox.”
//= $special ?>