Lokali

Residenti jinsistu li din hi biss “vendikazzjoni”

“Irridu nahsbu biex nibnu il-futur ta’ Malta, mhux issir marina f’Marsaskala akkost ta’ kollox u minn wara dahar ir-residenti.”

Hekk saħaq il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech meta insista li bħala Prim Ministru, huwa jirtira b’mod immedjat il-pjanijiet tal-marina f’’Marsaskala.

Anka r-residenti stess ta’ Wied il-Ghajn jinsabu inkwetati u mħassba b’dan il-proġett u sostnew ma’ Net News li l-proġett tal-Yacht Marina ser ikun ir-rovina ta’ Marsaskala.

Din il-mossa tal-Gvern qed thasseb lill-familji Maltin u anke lill-barranin li ilhom jgħixu f’Marsaskala snin twal.

Il-Kap tal-Partit Nazzjonalista minn naha tieghu qal li proġetti bħal dawn, fi kwalunkwe lokalita, jistgħu jitressqu biss wara proċess ta’ konsultazzjoni veru mar-residenti, negozji u kunsilli lokali … kif ukoll b’diskussjoni mal-esperti tal-konservazzjoni, il-planners, u l-konsulenti tat-turiżmu sostenibbli.

Iżda mhux hekk ġara f’dan il-każ għaliex il-Gvern Laburista ma kkonsulta ma’ ħadd meta ħareġ bil-proġett massiċċ fil-Bajja pittoreska ta’ Marsaskala …u li lest jibqa’ għaddej bih bħal gaffa minn fuq ir-residenti u l-Kunsilli Lokali. Tant li l-Hadd, Robert Abela stess ammetta li qed ihalli l-bieb miftuh ghall-marina f’Wied il-Għajn.

F’post fuq Facebook Bernard Grech spjega illi f’pajjizna ghandu jkollna kunsill-konsultattiv b’ħiliet differenti…. li xogħlu jkun li jħares il-viżjoni fit-tul ta’ gżiritna. U dan il-Kunsill jikkunsidra kemm għandna bżonn marinas ….u fejn għandhom isiru, biex jimminimizzaw l-impatti ta’ ħsara u jimmassimizzaw il-benefiċċji.