Fis-sigħat li għaddew Cristiano Ronaldo għadda mit-testijiet mediċi u b’hekk jinsab qrib li jkun imħabbar b’mod uffiċjali minn Manchester United.
Nhar il-Ġimgħa Manchester United ikkonfermaw li laħqu ftehim uffiċjali ma’ Juventus dwar it-trasferiment tal-istilla Portugiża, bil-klabb Ingliż iħallas is-somma ta’ €23-il miljun. Ir-Red Devils laħqu wkoll ftehim ta’ sentejn mal-attakkant ta’ 36 sena bil-uffiċjalità tat-trasferiment mistennija ssir qabel għada filgħaxija.
Ronaldo mistenni jiddebutta ma’ Manchester United fil-partita li jmiss kontra Newcastle United wara l-waqfa internazzjonali.
//= $special ?>