Uragan qawwi mlaqqam ‘Ida’ fl-aħħar sigħat kien qed javvanza mill-Istat ta’ Louisiana fost l-effetti devastanti – u meta l-belt ewlenija ta’ New Orleans spiċċat titlef kważi l-provvista tad-dawl kollha; bil-generators biss ikomplu jaħdmu.
Il-maltemp ta’ ‘Ida’ iġġenera l-irwiefen ta’ 240 kilometru fis-siegħa waqt li ħakem zoni sħaħ f’dan l-Istat, fost it-twissijiet urġenti biex ir-residenti jsibu ‘il-mezzi kollha għall-kenn possibbli’.
Sadanittant, kien hemm anki rapporti dwar numru ta’ vittimi fl-inħawi ta’ Ascension Parish, fiz-zona ta’ Baton Rouge.
Il-maltemp mill-uragan qed jitqies ukoll bħala ‘eżami’ għall-ilqugħ kontra l-għargħar fi New Orleans u li kienu reinfurzati wara li l-Uragan Katrina kien ħalla ‘il fuq minn 1,800 vittma, fl-2005.
//= $special ?>