Ġiet fi tmiemha l-esperjenza ta’ Vladyslava Kravchenko fil-Paraolimpjadi hekk kif it-Tnejn filgħodu ħadet sehem fil-heats tal-50m backstrokes S5. Kravchenko temmet f’ħin ta’ 1:05.98 ta’ sekonda fejn ma rnexxielix ittejjeb fuq il-ħin tagħha stess dak ta’ 1:03.37.
Hi temmet fis-seba’ post. L-għawwiema mit-Turkija Sumeyye Boayaci rebħet it-tellieqa f’ħin ta’ 43.28 sekonda u kienet segwita minn Sevilay Ozturk. Il-ġimgħa li għaddiet Kravchenko ħadet sehem fil-heats tal-50m butterfly fejn temmet f’ħin ta’ 1:18.48 ta’ sekonda. Hi kienet l-ewwel għawwiema li ħadet sehem fil-para-swimming f’żewġ edizzjonijiet konskuttivi f’isem Malta, f’dik ta’ Rio u dik ta’ Tokjo.
//= $special ?>