Lokali

Tissejjaħ dimostrazzjoni kontra l-attakk fuq il-ġurnaliżmu

Net News b'appoġġ għal din id-dimostrazzjoni

Għada filgħaxija, l-għaqda Repubblika flimkien ma’ #occupyjustice u manueldelia.com se jkunu qed jorganizzaw dimostrazzjoni ta’ appoġġ għall-ġurnalisti u l-attivisti, wara li fl-aħħar jiem inħolqu verżjonijiet foloz ta’ diversi siti tal-aħbarijiet, inkluż ta’ Net News. Dawn il-manuvri qarrieqa, sfortunatament, saru komuni ferm fl-aħħar ġimgħat.

L-organizzaturi ħeġġew lill-Maltin u l-Għawdxin biex jattendu għal din id-dimostrazzjoni u jiddefendu d-demokrazija f’pajjiżna. Spjegaw li “jeħtieġ li lkoll ningħaqdu biex nirreżistu dawn l-attakki kodardi.”

Id-dimostrazzjoni se ssir għada fis-6.30pm fi Pjazza Kastilja, il-Belt.