Lokali

Toroq ikollhom jinqalgħu mill-ġdid minħabba xogħol ħażin li sar

Dalgħodu, beda jinqala’ x-xogħol li sar ħażin minn Infrastructure Malta fi Triq Santa Katerina l-Gudja biex isir kif suppost mill-kuntrattur imqabbad mill-Kunsill.

Il-Kunsillier Mark Anthony Sammut permezz ta’ post fuq Facebook saħaq li l-main tal-ilma għaddej mill-wiċċ, kien biss mgħotti b’naqra torba minflok bil-konkos. Fejn kien hemm il-konkos tat-triq, parti minnu mingħajr xibka. Cable tad-dawl għaddej żewġ pulzieri mill-wiċċ. Servizz tat-telekomunikazzjoni għaddej mill-wiċċ.

Huwa kompla jgħid li skoprew li r-raġuni għala l-main ma niżilx l-isfel huwa għax meta saret Triq Raymond Caruana mill-ġdid, il-main ma nbidilx u ma tranġax.

“U dan għax inzertajna kellna naqilgħu. Minjaf x’tgħaffiġ hemm mirdum fit-toroq l-oħra li saru” kompla jisħaq Mark Anthony Sammut