Lokali

Żewġ anzjani feruti wara argument

Il-Pulizija qed tinvestiga argument li seħħ fi Triq il-Ferrovija, il-Ħamrun.

Minn stħarriġ preliminari rriżulta li raġel ta’ 66 sena residenti Bormla kien involut f’argument ma’ raġel ieħor ta’ 71 sena residenti l-Fgura. Skont il-Pulizija, iż-żewġt anzjani sofrew xi ġrieħi.

Ir-raġel ta’ 66 sena ġie assistit minn tim mediku u ttieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u kien iċċertifikat bi ġrieħi ħfief.

Ir-raġel l-ieħor, ta’ 71 sena mar f’ċentru tas-saħħa u aktar tard kien iċċertifikat bi ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin