Lokali

Bejn 70 u 100 ikla kuljum mis-Soup Kitchen tal-Belt

“L-għan tagħna hu li nagħtu tama lil dawk li jinsabu fil-periferija tas-soċjeta”.

Hekk stqarr maghna Patri Marcellino Micallef meta żorna l-binja l-ġdida tas-Soup Kitchen li tinsab fit-Triq Santa Ursola, fil-belt Valletta – post li se jkun qed joffri ikla shuna ghal min m’ghandux mezzi biex jixtri l-ikel essenzjali, jew min sabu ruhu f’sitwazzjonijiet ta’ hajja problematici.

Patri Marcellino stqarr ma’ Net News illi dan il-proġett biex tinfetaħ Soup Kitchen fil-Belt Valletta, ġie jiswa madwar nofs miljun Ewro, bi 300,000 ewro jingħataw bħala donazzjoni mingħand il-privat. Madankollu hu stqarr li kulhadd huwa imheggeg biex jgħin din l-inizjattiva.

Patri Marcellino Micallef stqarr li s-Soup Kitchen ilha topera għal madwar sitt snin, u qal li s-servizz se jibqa jingħata lil kulħadd “bl-ebda distinzjoni ta’ karniġjon, razza, jew reliġjon”.

Tags