Lokali

Bl-azzjonijiet li nieħdu u bil-kredibbiltà tal-Partit Nazzjonalista, Malta titneħħa minn fuq il-Lista l-Griża f’90 ġurnata – Bernard Grech

“Aħbar bħal din tkompli tikkonferma kif in-nuqqas ta’ azzjoni mill-Gvern Laburista, li l-unika azzjoni li jieħu hija biex jgħatti għal tal-qalba, wasslet biex pajjiżna jispiċċa fuq il-Lista l-Griża.

Minħabba dan iż-żmien kollu li ilna nafu li Pilatus Bank ma kienx qed iħares il-liġijiet u ma tittieħed ebda azzjoni, pajjiżna spiċċa fuq il-Lista l-Griża. Minħabba f’hekk ħafna negozji u familji onesti diġà bdew iħossu l-impatt ta’ dan.Taħt Gvern ġdid Nazzjonalista, dan ma jkunx aċċettabbli, u negozji bħal Pilatus Bank ma jsibux kenn.

Bħala Prim Ministru jien nassigura li l-istituzzjonijiet kollha jagħmlu xogħolhom, fil-ħin, kif għandu jkun. Bl-azzjonijiet li nieħdu u bil-kredibbiltà tal-Partit Nazzjonalista, Malta titneħħa minn fuq il-Lista l-Griża f’90 ġurnata”.

Hekk stqarr il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech wara li l-Bank ta’ Pilatus weħel multa ta’ madwar 4.9 milljun ewro, wara li l-Bank nstab ħati li ma’ mexiex mal-liġijiet neċessarji kontra l-ħasil tal-flus. Fi stqarrija l-FIAU ddikjarat ukoll, li minbarra n-nuqqas ta’ nfurzar fejn jidħol il-ħasil tal-flus, il-Bank ta’ Pilatus wera nuqqas ta’ Due Diligence fejn tidħol l-informazzjoni ta’ indivdiwi li huma suspettati lf’ħasil tal-flus