Lokali

Covid-19: Imut raġel ta’ 73 sena, jiżdiedu l-każi attivi

Raġel ta’ 73 sena hu l-441 vittma tal-pandemija f’pajjiżna wara li miet fl-Isptar fl-aħħar 24 siegħa.

Ċifri mill-Ministeru tas-Saħħa juru li f’dawn l-aħħar 24 siegħa kienu reġistrati 48 każ ġdid ta’ Covid-19. Fl-istess żmien kien hemm 25 li kienu dikjarati li fiequ mill-virus. Għaldaqstant il-każi attivi żdiedu għal 656.

B’kollox hemm 31 persuna rikoverati fl-Isptar Mater Dei, 1 minnhom jingħataw il-kura fl-ITU.

Għal dak li għandu x’jaqsam ma’ tilqim, b’kollox ingħataw 796,333 doża tal-vaċċin bi 412,419 minnhom ikunu mlaqqma bit-tieni doża.

Matul Settembru mistenni jibdew jingħataw ‘booster’ lil anzjani li jgħixu fid-djar tal-anzjani, nies bi problemi ta’ sistema immunitarja baxxa u persuni li jbatu minn kundizzjonijiet akuti partikolari. Dawn il-persuni se jirċievu appuntament bil-posta.