Lokali

Fl-enerġija l-Labour moħħu fil-passat – PN

Wara li l-Partit Nazzjonalista ħabbar li Gvern ġdid Nazzjonalista jagħti dik li hija rata preferenzjali ta’ vera ta’ 10ċ5 lil min jiċċarġja l-karozza elettrika, il-Labour kompla jwebbes rasu. “L-għebbusija tar-ras tal-Labour se twassal biex is-sidien tal-karozza elettriċi li jiċċarġjaw il-karozza fi djarhom, se jħallsu 2ċ5 iktar għall kull unit ikkunsmat”.

Hekk intqal fi stqarrija maħruġa mid-deputati Nazzjonalisti Ryan Callus il-Kelliem għall-Politika dwar l-Ilma u l-Enerġija u l-iżvilupp Sostenibbli u David Thake il-Kelliem għall Ekonomija l-Ħadra u l-Proġetti Kapitali.

Il-Partit Nazzjonalista jibqa’ kommess li jixtri mill-irħas sors, għall-kuntrarju tal-Labour, li marbut jixtri mill-Electrogas.

Meta mistoqsija dwar dan, il-Ministru Miriam Dalli taf biss titkellem dwar il-passat. Fis-settur tal-enerġija, il-Labour kapaċi biss jaħrab mill-mistoqsija u jwaħħal f’ħaddieħor, qal il-PN fl-istqarrija.

Tags