Futbol Sport

Għada t-tim Malti jilgħab kontra Ċipru

Għada filgħaxija fl-Istadium Nazzjonali f’Ta’ Qali jerġa’ jkun fl-azzjoni it-tim Nazzjonali Malti mmexxi minn Devis Mangia. Ir-raba’ ġurnata minn Grupp H li għaliha wara nuqqas ta’ bosta xhur jirritornaw wkoll il-partitarji fl-Istadium f’Ta’Qali. Partita oħra mir-rawnd ta’kwalifikazzjoni tal-UEFA għall-fażi finali tat-Tazza tad-Dinja FIFA – Qatar 2022 L-avversarji ta’ għada għat-tim Malti huma Ċipru .

Għada wkoll mill-istess grupp jintlgħabu l-partiti Russja – Kroazja – konfront dirett bejn l-ewwel żewġ timijiet fil-grupp li jinsabu fl-ewwel post b’ 6 punti kull wieħed u l-konfront l-ieħor Slovenja – Slovakkja. Filwaqt li t-tim Malti jerga’ jkun fl-azzjoni fl-4 ta’ Settembru kontra Slovenja, fit-tlett partiti ta’ qabel, mit-telfa ta’ 3 – 1 f’Ta’ Qali kontra Russja fl-24 ta’ Marzu, għad-draw ta’ 2 – 2 kontra Slovakkja fis-27 ta’ Marzu u t-telfa ta’ 3 – 0 f’Zagreb kontra Kroazja fit-30 ta’ Marzu – it-tim Malti għadu jfittex l-ewwel rebħa f’dan il-Grupp.

Intant f’konferenza tal-aħbarijiet, il-kowċ Devis Mangia qal li qed jistenna prestazzjoni tajba mill-players tiegħu filwaqt li jinsab ħerqan biex it-tim Malti jilgħab l-ewwel partita tiegħu quddiem il-pubbliku taħt it-tmexxija tiegħu. Fuq l-avversarji Mangia qal li huma tim tajjeb iżda l-players Maltin iridu jkunu ffukat li jiksbu riżultat u prestazzjoni tajba.