Għaddas ittella’ mill-baħar mitluf minn sensih wara li sab ruħu f’diffikultà waqt li kien fiz-zona taċ-Ċirkewwa.
Il-każ żviluppa ftit wara t-3:30pm, u fil-post issejħu mal-ewwel tim ta’ paramediċi mill-emerġenza tal-Isptar Mater Dei.
Il-kundizzjoni tal-għaddas għadha mhix magħrufa.
Fil-post hemm ukoll uffiċjali tal-Pulizija li qed jassistu.
Aktar dettalji fil-ħin li ġej.
//= $special ?>