Lokali

“Gvern Nazzjonalista li se jagħtik il-bidla li tixraqlek” – Bernard Grech

"PN li qed jagħti spazju lil kulħadd biex jaħdem fi ħdanu" - Bernard Grech

Ara l-intervista kollha hawnhekk.

Din il-bidla tista’ ssir meta int tiddeċiedi li tkun parti minn din il-bidla u allura tmur għal Gvern Nazzjonalista u ttina l-fiduċja biex inkunu lil dan pajjiż inġibuh wieħed li jixraqlek

Hekk tenna l-Kap tal-PN Bernard Grech waqt intervista minn Roderick Agius fil-programm Dritt għall-Punt li xxandar t-Tlieta filgħaxija fuq Net Televesion, fejn Bernard Grech qal li l-PN se jkun qed jagħmel politika ta’ fejda u joffri Gvern alternattiv serju, u mhux wieħed populist.  

Tul l-intervista l-Kap tal-PN Bernard Grech spjega l-kunċett tal-grupp ta’ azzjoni PN Greens li  se jkun qed juri biċ-ċar illi bl-involviment ta’ kulħadd nistgħu nġibu l-bidla fil-mentalità fil-mod kif inħarsu lejn l-ambjent, billi bil-politika Nazzjonalista il-pajsaġġ u l-ambjent Malti jkun imħares tassew.

Inti li llum attivist qalbieni u ħabrieki, fil-PN qed jinħoloq spazju għalik, biex tkun tista’ taħdem, u ssemma’ leħnek fil-qasam ambjentali

Dwar is-sitwazzjoni tal-ħabs, Bernard Grech tenna li jeħtieġ li jkun hemm bidla fil-mentalità fil-Faċilità Korrettiva ta’ Kordina u fakkar fil-proposti li nieda l-PN fl-aħħar ġimgħat biex issir riforma sħiħ fil-mod kif issir ir-rijabilitazzjoni tal-priġunieri ‘pajjiżna.

Bidla fil-mentalità, meta ngħid li l-persuna trid tkun fiċ-ċentru tal-politika tagħna, dan il-ħsieb għandu jkun anki fil-mod kif inħarsu lejn il-ħabs

Dwar il-greylisting mill-FATF il-Kap tal-PN tenna li għandna Gvern supperv li ma jridx jisma’, u lanqas biss ikkunsidra l-proposti li ressaq il-PN biex jgħin lil Malta toħroġ mill-greylist.

Il-problema tal-greylisting ġabha hu…. jiena se nibqa’ naħdem biex pajjiżna joħroġ mill-greylisting, imma rridu bidlu fil-mentalità

Bernard Grech tkellem ukoll dwar il-kontinwità fi ħdan il-Gvern Laburista…. kontinwità li permezz tagħha tkissret ir-reputazzjoni ta’ pajjiżna. U li għal dan, jaħtu biss il-Gvern ta’ Muscat u l-kontinwità ta’ Abela.

“Gvern maqtugħ mir-realtajiet tan-nies…” – meta mistoqsi dwar l-għoli tal-ħajja, Bernard Grech tenna li l-Gvern tal-Lejbor ma jistax jibqa’ sieket quddiem dan kollu, b’Bernard Grech jtenni li bil-politika tiegħu l-PN se jibqa’ jaħdem biex iħares in-nuqqas ta’ din il-problema… u li se jniedi l-ideat u l-proposti tiegħi biex l-isfidi tal-għoli tal-ħajja jkunu mtaffa’.

Bernard Grech tkellem ukoll fuq il-qasam tal-enerġija fejn fakkar il-proposti li nieda l-PN… li turi biċ-ċar il-viżjoni tal-PN għal dan is-settur.

Dwar l-edukazzjoni Bernard Grech qal li għandna PM li qed jippjana għall-elezzjoni iktar milli qed jippjana għall-futur ta’ uliedna. Dan hekk kif l-edukaturi għadhom f’limbu dwar kif se jkunu qegħdin joperaw fis-sena skolastika ġdida u li dan kollu qed joħloq ħafna inċertezza.