Il-Gvern għadu ma preżenta l-ebda pjan għas-sena skolastika l-ġdida. Dan meta ninsabu tliet ġimgħat biss ‘il bogħod mill-bidu tas-sena akkademika…bil-Ministru Justyne Caruana tfarfar il-ħtija għal dan id-dewmien fuq l-awtoritajiet tas-saħħa.
Qed nistennew l-approvazzjoni tal-awtoritajiet tas-saħħa… inserraħ ras kulħadd li l-pjan qiegħed hemm
Il-ġimgħa li għaddiet il-Ministru tal-Edukazzjoni qaltilna li dan il-pjan se jkun ippubblikat dalwaqt, għalkemm sa issa, ħadd ma jaf x’fih dan il-pjan. U lanqas għadu biss ġie diskuss mal-edukaturi.
Illum qed f’posizzjoni li ngħidlek li qed nistennewh minn ħin għal ieħor
Meta pressata minn Net News, Justyne Caruana kkonfermat dak li qalu jiem ilu l-unions tal-għalliema.
Malli jkun approvat, ikun hemm diskussjonijiet mal-istakeholders, inkluż unions, imbagħad ikun hemm il-pubblikazzjoni, dik l-attività li semmejt
Kemm il-ġenituri kif ukoll in-nanniet tat-tfal jinsabu mħassba dwar in-nuqqas ta’ azzjoni min-naħa tal-Gvern tant li bħalissa qed tinħass il-ħtieġa li l-istudenti, il-ġenituri u l-edukaturi jkunu jafu x’se jiġri fi ftit tal-ġimgħat oħra. Għalissa iżda, il-pjan dwar il-ftuħ tal-iskejjel għadu sigriet.
//= $special ?>