Rabja kbira fost diversi sidien ta’ negozji li għandhom l-imħażen tagħhom fi trejqa li hemm ħdejn Triq it-Tiġrija fil-Marsa. Dan hekk kif Infrastructure Malta ħabbret li se tkun qed tagħlaq din it-trejqa minħabba ħruġ perikoluż minn diversi vetturi li jagħmlu użu minn din iz-zona… iżda ma offriet ebda alternattiva.
Jidher li din id-deċiżjoni ttieħdet mingħajr ma saret ebda konsultazzjoni mas-sidien ta’ negozji li għandhom l-imħażen taghhom f’din it-triq.

Net News tkellem ma’ dawn is-sidien, illi esprimew ir-rabja tagħhom għal din id-deċiżjoni. Deċiżjoni li se taffettwa wkoll l-għajxien tagħhom, u tal-impjegati li jaħdmu magħhom… bis-sidien jistqarru illi il-Gvern qed jgħaddi romblu minn fuq kulħadd.
Deċiżjoni oħra li mistennija tittieħedet hija li se jitneħħew it-traffic lights li hemm fit-triq prinċipali. Dan ukoll se joħloq inkonvenjent kbir lir-residenti li joqoqgħdu biswit din it-triq.

Persuni oħra li għandhom l-imħażen tagħhom f’zona industrijali fil-viċinanzi urew ukoll it-tħassib tagħhom għan-nuqqas ta’ aċċessibbiltà, hekk kif ingħalaq parti mid-dħul għat-triq minn fejn joperaw.
