Lokali

Net News jappoġġja d-dimostrazzjoni ta’ solidarjeta’ mal-ġurnalisti u attivisti

Numru ta’ mezzi tax-xandir u NGOs qegħdin formalment jappoġġjaw id-dimostrazzjoni ta’ solidarjeta’ ma’ ġurnalisti u attivisti li ser issir illejla fil-Belt Valletta fis-6:30pm.

Il-Protesta qed issir wara diversi attakki ta’ diżinformazzjoni u fake news minn taparsi portals tal-aħbarijiet, ġurnalisti individwali u anki politiċi. Fost dawk fil-mira ta’ dawn is-siti foloz kien hemm ukoll dan is-sit u l-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech.

Il-Protesta, organizzata mill-għaqda Repubblika, #occupyjustice u manueldelia.com hi appoġġjata mill-kmamar tal-aħbarijiet ta’ Newsbook,The Malta Independent, Illum, Net News, Maltatoday, 4Malta.tv u Sidestreet.

Jappoġġjaw ukoll il-protesta tal-lejla kien hemm ukoll l-NGO’s: KSU, SOS Malta, Aditus Accessing Rights, PEN Malta, u Malta Women’s Lobby