Lokali

Raġel 64 sena jweġġa’ gravi wara inċident tat-traffiku

Sewwieq ta’ mutur ta’ 64 sena ddikjarat li weġġa’ gravi, wara li kien involut f’inċident tat-traffiku ma’ vettura tat-tip Maruti Gypsy li kienet qed tinstaq min raġel ta’ 37 sena fi Triq Manwel Dimech, ir-Rabat, Għawdex.

Il-ħabta seħħet mdawar it-8.30am, fejn il-Pulizija marret immedjatament fuq il-post u s-sewwieq tal-mutur ingħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku. Ir-raġel ta’ 64 sena ttieħed mill-ewwel l-Isptar Ġenerali t’Għawdex b’ambulanza fejn aktar tard ġie ċċertifikat li weġġa’ gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin

Tags