Lokali

Raġel isofri ġrieħi gravi wara li waqa’ minn fuq sellum

Raġel ta’ 54 sena minn Ħaż-Żabbar sogri ġrieħi gravi wara li waqa’ f’residenza privata.

L-inċident seħħ ilbieraħ waranofsinhar, għall-ħabta tas-siegħa f’residenza f’Sur Santa Liena, Bormla.

Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li
ir-raġel waqa’ minn fuq sellum.

Tim mediku ta l-għajnuna lir-raġel li ttieħed l-Isptar Mater Dei permezz t’ambulanza. Aktar tard hu ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi gravi.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.